MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 118kWORD 48k
18.3.2015
PE555.067v01-00
 
B8-0316/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-istrateġija biex tqajjem mill-ġdid il-qari tal-kotba fl-Ewropa


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija biex tqajjem mill-ġdid il-qari tal-kotba fl-Ewropa  
B8‑0316/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi, skont l-analiżi tal-Assoċjazzjoni Taljana tal-Edituri (ATE) u d-data miġbura mill-Istat, is-sena l-oħra kien hemm fl-Italja 820,000 persuna li waqfu milli jaqraw il-kotba; peress li f'dawn l-aħħar erba' snin, in-numru ta' qarrejja fl-Italja naqas drastikament; peress li l-persentaġġ tat-Taljani li ma jaqrawx lanqas ktieb fis-sena laħaq is-60 %;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi kampanja ta' sensibilizzazzjoni bil-għan li tħeġġeġ il-qari fl-Istati Ewropej;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex toħroġ b'inizjattivi mhux biss biex iżżid il-livelli tal-qari imma speċjalment biex iżżid l-użu tal-kotba, strumenti tal-għarfien fost affarijiet oħra.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza