MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 120kWORD 50k
1.4.2015
PE555.072v01-00
 
B8-0321/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-trasportazzjoni u ż-żamma tal-katina tal-kesħa


Nicola Caputo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-trasportazzjoni u ż-żamma tal-katina tal-kesħa  
B8-0321/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru. 853/2004(1),

–       wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar prattiki ta’ distribuzzjoni tajba(2),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.     billi dan is-sett ta’ strumenti tal-UE jindika kondizzjonijiet speċifiċi u vinkolanti ta' temperatura għall-ħżin u t-trasport ta' ikel u mediċini sabiex tiġi ppreżervata l-kwalità u l-integrità;

B.     billi din id-damma ta' regoli għandha l-għan li tiżgura ż-żamma, skont limiti ta' tollerabilità, tal-kondizzjonijiet ta' temperatura matul it-trasport u b'mod ġenerali tul il-katina ta' distribuzzjoni;

C.     billi, filwaqt li l-verifika tar-rispett tal-linji gwida hija r-responsabilità tal-awtoritajiet nazzjonali, tibqa prijoritarja t-tisħiħ tal-kontrolli fuq iż-żamma korretta mill-operaturi kollha tad-distribuzzjoni tal-katina tal-kesħa;

D.     billi huwa strateġiku għall-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji li jaħdmu bl-idroġenu, pereżempju applikati għal-loġistika, pereżempju l-irduppjar – għal żero emissjonijiet – tal-estensjoni ta’ raġġ ta’ awtonomija ta’ kmamar tal-ħażna fil-kesħa (range extender b'ċelloli tal-fjuwil);

1.      Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jaħdmu bl-idroġenu applikati għal-loġistika u fit-tisħiħ tal-kontrolli matul it-trasport ta' ikel, mediċini u vaċċini.

(1)

ir-Regolament (KE) Nru. 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi regoli speċifiċi fir-rigward tal-iġjene tal-ikel di joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004).

(2)

Linji gwida tal-5 ta’ Novembru 2013 dwar prattiki tajba ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU C 343, 23.11.2013).

Avviż legali - Politika tal-privatezza