MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 118kWORD 47k
1.4.2015
PE555.073v01-00
 
B8-0322/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar frodi internazzjonali u l-finanzjament tat-terroriżmu Iżlamiku


Matteo Salvini, Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar frodi internazzjonali u l-finanzjament tat-terroriżmu Iżlamiku  
B8-0322/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.     billi sorsi ġurnalistiċi żvelaw l-iskoperta mill-Qorti ta' Milan ta' netwerk ta' kumpaniji fittizji involuti fi frodi sistematika, spiss bi ħsara għall-Istat Taljan, u bil-għan li jinkiseb qligħ illegali ntiżi għall-finanzjament ta' organizzazzjonijiet marbutin mat-terroriżmu Iżlamiku;

C.     billi dan in-netwerk jopera f’diversi pajjiżi tal-UE u billi hu mmexxi minn immigranti tal-ewwel jew tat-tieni ġenerazzjoni, li jgħixu fit-territorju tal-UE iżda mhux fl-Italja;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni twettaq inizjattivi biex tiġi miġġielda din it-tip ta' attività illegali;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza din is-sitwazzjoni billi tirrevedi l-politiki tagħha dwar l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza