MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 118kWORD 48k
1.4.2015
PE555.075v01-00
 
B8-0324/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar kwistjonijiet relatati mas-settur tal-konzatura


Matteo Salvini, Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-settur tal-konzatura  
B8-0324/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.     billi s-settur tal-konzatura Taljan jirrappreżenta prodott ta' eċċellenza Taljan li hu magħruf sew madwar id-dinja kollha, bi kwota ta' esportazzjoni ta' 70% tal-produzzjoni, u billi l-impriżi Taljani jiddenunzjaw in-nuqqas ta' reċiproċità u l-kompetizzjoni inġusta ta' pajjiżi bħaċ-Ċina, li l-limitazzjonijiet tagħhom għall-esportazzjoni tal-materja prima jagħmluha diffiċli ferm għall-produtturi Ewropej jixtru ġlud mhux ipproċessati li jeħtieġu;

B.     billi dawn ir-restrizzjonijiet mhumiex imposti fuq l-impriżi mill-Asja, li jistgħu jimportaw liberament il-materja prima mill-Ewropa, filwaqt li l-produtturi Taljani jsibuha diffiċli li jimportaw il-materja prima u kważi jiġi evitat lilhom milli jesportaw lejn l-Asja l-prodotti lesti tagħhom;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiżgura li l-impriżi Taljani jgawdu minn reċiproċità għax-xiri tal-materja prima f'pajjiżi li jistgħu jiksbu l-materja prima mingħajr problemi fl-Ewropa;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni twettaq azzjonijiet ta' viġilanza sabiex twaqqaf l-aċċess għas-suq Ewropew għal prodotti konċjarji Asjatiċi, li huma l-frott ta’ xogħol li ma jikkonformawx mal-istandards ambjentali Ewropej u li jirrappreżentaw periklu għas-saħħa tal-konsumatur.

Avviż legali - Politika tal-privatezza