imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar iż-żieda fil-każijiet ta' abort skont is-sess tal-fetu fl-Indja
Mara Bizzotto
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iż-żieda fil-każijiet ta' abort skont is-sess tal-fetu fl-Indja
B8‑0325/2015
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi fl-Indja kulma jmur qed jiżdiedu l-każijiet ta' abort skont is-sess tal-fetu u billi skont studju li wettqet ir-rivista Britannika "The Lancet", f'dawn l-aħħar tletin sena fl-Indja ġew reġistrati bejn 4 u 12-il miljun każ ta' abort ta' feti tas-sess femminili, li minnhom 50% saru f'dawn l-aħħar għaxar snin;
B. billi fl-1961 ħarġet ta' liġi ad hoc tal-gvern Indjan li tipprojbixxi li t-tobba jinformaw lill-ommijiet futuri dwar is-sess tal-fetu, bl-għan li jonqos l-infantiċidju femminili, iżda madankollu l-abort illegali u l-infantiċidji għadhom prattika komuni, speċjalment fost il-familji tal-ifqar klassijiet;
1. Jistieden lill-Kummissjoni tlaqqa' mejda tonda għad-djalogu mal-gvern Indjan biex jinstabu soluzzjonijiet speċifiċi għal dawn il-prattiki fl-ambitu tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja.