Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0329/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0329/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-estrazzjoni ta’ test u ta’ data u d-drittijiet tal-awtur

8.4.2015


Nicola Caputo

B8‑0329/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-estrazzjoni ta’ test u ta’ data u d-drittijiet tal-awtur

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-estrazzjoni ta’ test u ta’ data (TDM, estrazzjoni ta’ data u ta’ testi), l-analiżi tal-Big Data użata b’mod wiesgħa fir-riċerka xjentifika u medika, fin-negozju kif ukoll għall-ħtiġijiet ta’ sikurezza nazzjonali u intelligence, tirrappreżenta qasam teknoloġiku ulterjuri u tippreżenta opportunità ta’ implimentazzjoni tal-kompetittività u tat-tkabbir ekonomiku;

B.     billi, madankollu, hija nieqsa d-definizzjoni ta’ qafas legali strutturat li – fir-regolazzjoni tar-relazzjoni kumplessa attwali bejn ir-riċerkaturi u l-edituri dwar l-użu tax-xogħlijiet xjentifiċi – ma twarrabx sfruttament sħiħ tal-potenzjal tat-TDM u tqis kif xieraq il-qafas legali Ewropew dwar il-ħarsien tal-ħajja privata, tal-protezzjoni tad-data u tad-drittijiet tal-awtur;

C.     billi fir-rigward ta' dawn l-aspetti kumplessi ġie osservat fil-fatt dewmien fl-iżvilupp regolatorju, minkejja, madankollu, l-azzjoni ta’ stimolu tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta’ proġetti li jadottaw tali teknoloġiji[1];

1.      Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-riċerka tal-ekwilibriju ġust bejn id-dritt għall-ipproċessar tad-data xjentifika u d-dritt għall-privatezza, kif ukoll bejn l-isfruttament sħiħ tal-potenzjal tat-TDM (b’opportunitajiet biex ir-riċerkaturi jwettqu b’mod ħieles l-estrazzjoni tad-data tal-kontenut) u l-ħarsien tar-riċerkaturi u l-edituri.