MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar Jum l-Ewropa
13.5.2015
Aldo Patriciello
B8-0462/2015
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Jum l-Ewropa
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali kkontribwixxiet f’dawn l-aħħar snin biex tinħloq skuntentizza profonda fiċ-ċittadini Ewropej fil-konfront tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha;
B. billi l-kriżi tat lok biex titfaċċa fergħa ta' Ewroxettiċi u partiti ultranazzjonalisti, speċjalment fl-Istati Membri l-qodma, kif juru r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, li jqisu lill-Unjoni Ewropea bħala piż;
C. billi l-perċezzjoni negattiva tal-Unjoni hija iktar qawwija fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent, filwaqt li ċ-ċittadini tal-Ewropa tal-Lvant għandhom idea pożittiva tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha;
D. billi Jum l-Ewropa hu opportunità biex inqarrbu ċ-ċittadini kollha lejn l-istituzzjonijiet Ewropej, iżda hemm bżonn ta’ aktar komunikazzjoni dwar it-tifsira ta' dan il-jum;
1. Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta politika ta’ komunikazzjoni bl-għan li jintlaħaq għadd akbar ta’ ċittadini sabiex jiġu kkomunikati l-benefiċċji reali li ġġib magħha s-sħubija fl-UE.