Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0491/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0491/2015

    MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-kompetizzjoni inġusta tal-linji tal-ajru tal-Golf

    29.4.2015

    imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

    Marie-Christine Arnautu, Bruno Gollnisch

    B8-0491/2015

    Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kompetizzjoni inġusta tal-linji tal-ajru tal-Golf

    Il-Parlament Ewropew,

    –       wara li kkunsidra l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002,

    –       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.     billi l-linji tal-ajru tal-Golf, l-Emirates, l-Etihad u l-Qatar Airways, irċevew aktar minn 42 biljun dollaru ta’ għajnuna pubblika f’għaxar snin u li s-sehem tagħhom mis-suq żdied bi 340 %, filwaqt li l-kumpaniji Ewropej huma l-ewwel li jintlaqtu minn din il-kompetizzjoni inġusta, bħal-Lufthansa li tilfet 32 % tas-sehem mis-suq;

    B.     billi l-estensjoni tad-drittijiet tat-traffiku tal-linji tal-ajru tal-Golf u l-kundizzjonijiet tal-operat tagħhom, li huma ħafna aktar favorevoli minn dawk tal-linji tal-ajru Ewropej;

    C.     billi l-biċċa l-kbira tal-linji tal-ajru ma jippubblikawx ir-riżultati finanzjarji, huwa impossibbli li jiġu intraċċati l-flussi finanzjarji, li jmur kontra l-istandards internazzjonali tal-kontabilità;

    1.      Jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi regoli bl-għan li kull kumpanija attiva fit-territorju tal-Istati Membri tkun soġġetta għall-istess regoli tal-kompetizzjoni bħall-kumpaniji Ewropej;

    2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.