Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0517/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0517/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-protezzjoni tal-wirt kulturali tal-Istati Membri

2.6.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Marie-Christine Arnautu, Dominique Bilde, Jean-François Jalkh, Bruno Gollnisch et Joëlle Mélin

B8-051/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-wirt kulturali tal-Istati Membri

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Kummissjoni ssostni li għandha tiġi mħarsa l-protezzjoni u l-awtentiċità tal-wirt Ewropew iżda li ħafna bini mill-wirt tal-Istati Membri, bħall-kastelli Franċiżi li ġew żarmati ġebla ġebla u mibnija mill-ġdid fiċ-Ċina, inxtraw u ttieħdu minn investituri barranin;

B.     billi l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tipprekludi biss b'mod limitat ħafna x-xiri lura ta' bini mill-wirt tagħhom mill-barranin;

1.      jitlob li l-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jintroduċu sistema ta' inventarju tal-wirt tagħhom;

2.      jitlob li ma tippermettix li dawn il-bini jitneħħew mit-territorju tal-Istat Membru li jappartjenu lilu, u li timplementa regoli li għandhom l-għan li jikkonservaw l-awtentiċità tagħhom u l-appartenenza tagħhom għall-Istati Membri;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.