Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0531/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0531/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-finanzjament tad-dejn pubbliku tal-Istati Membri

19.5.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Dominique Bilde, Florian Philippot

B8-0531/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-finanzjament tad-dejn pubbliku tal-Istati Membri

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-attivitajiet tat-trojka tat-28 ta' Frar 2014,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Artikolu 123 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxi kwalunkwe avvanz dirett tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali lit-Teżori pubbliċi mill-1993;

B.     billi, sa nofs is-snin tmenin, l-Istat Franċiż iffinanzja nofs id-defiċit tiegħu permezz ta' avvanzi mill-Banque de France;

C.     billi, kieku Franza ma kellhiex tħallas l-imgħax għal 35 sena, il-proporzjon tad-dejn pubbliku tagħha kien ikun madwar 30 % tal-PDG;

D.     billi ikun tajjeb li l-Istati Membri jippromwovu mezzi alternattivi ta' finanzjament biex inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq is-swieq finanzjarji;

E.     billi t-tnaqqis kwantitattiv tal-BĊE jiffavorixxi l-fqigħ ta' bżieżaq spekulattivi u jżid l-inugwaljanzi;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li jintużaw mezzi ta' finanzjament alternattivi, bħaż-żieda tal-proporzjonijiet ta' żamma ta' titoli ta' dejn pubbliku mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-avvanzi diretti tal-banek ċentrali lit-Teżori;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.