Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0543/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0543/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ir-rispett għas-setgħat tal-Istati Membri fil-qasam tal-politika tal-familja u tas-saħħa

4.6.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aymeric Chauprade

B8-0543/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar ir-rispett għas-setgħat tal-Istati Membri fil-qasam tal-politika tal-familja u tas-saħħa

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-rapport dwar l-istrateġija tal-Unjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015, imsejjaħ "Rapport Maria Noichl” (A8-0163/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Artikolu 5(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprovdi li s-setgħat kollha li ma jingħatawx lill-Unjoni fit-Trattati huma tal-Istati Membri;

B.     billi l-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma jsemmix il-politika tal-familja jew il-politiki fil-qasam tas-saħħa fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni;

1.      Ifakkar li, f’konformità mal-prinċipju fundamentali tas-sussidjarjetà, l-UE ma għandhiex kompetenza biex tilleġiżla fil-qasam tal-politika tal-familja u tas-saħħa;

2.      Jenfasizza li kwalunkwe leġiżlazzjoni vinkolanti tal-Istati Membri f’dan il-qasam, bħal pereżempju l-obbligu li tiġi rikonoxxuta l-prattika "prokreazzjoni medikalment assistita", tkun kuntrarja għat-trattati;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.