MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 127kWORD 58k
26.6.2015
PE558.998v01-00
 
B8-0642/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar strateġija Ewropea għall-ħarsien tal-Prosecco


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar strateġija Ewropea għall-ħarsien tal-Prosecco  
B8-0642/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi jeżistu każijiet kontinwi ta' falsifikazzjoni ta' prodotti tad-dwieli Taljani fis-suq tar-Renju Unit, bħall-każ ta' kummerċjalizzazzjoni reċenti ta' Prosecco falz mibjugħ bid-draught;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tappella formalment lill-awtoritajiet tar-Renju Unit għal sorveljanza aktar mill-qrib ta' dan il-fenomenu u tħeġġiġhom jippenalizzaw/jiskoraġġixxu b'kull mezz, inkluż permezz tal-irtirar ta' apparat illegali jew is-sospensjoni ta' liċenzji, l-użu ħażin tal-Prosecco u/jew traffikar ta' Prosecco falz;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni tniedi inizjattivi maħsuba biex jiġġieldu kontra s-suq tal-falsifikazzjoni u l-frodi li qed ikun ta' detriment għall-Prosecco DOP.

Avviż legali - Politika tal-privatezza