Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0648/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0648/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar sanzjonijiet imposti mill-Kummissjoni fuq cittadini Ewropej wara ksur ta' direttivi ambjentali minn Stati Membri u dwar it-trasparenza ta' proċeduri ta' qabel il-ksur

10.6.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Piernicola Pedicini

B8-0648/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar sanzjonijiet imposti mill-Kummissjoni fuq cittadini Ewropej wara ksur ta' direttivi ambjentali minn Stati Membri u dwar it-trasparenza ta' proċeduri ta' qabel il-ksur

Il-Parlament Ewropew,

 

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Kummissjoni tat bidu għal bosta proċeduri ta' qabel il-ksur kontra l-Italja permezz tal-Pjattaforma Pilota tal-UE, sabiex tikkomunika problemi rigward konformità tal-liġi nazzjonali mal-liġi tal-UE jew l-applikazzjoni korretta tal-liġijiet tal-UE dwar l-ambjent;

B.     billi rikjesti għal aċċess għal dokumenti relatati mal-każijiet imsemmija hawn fuq minn ċittadini jew Membri tal-Parlament Ewropew ġew miċħuda;

C.     billi l-medja ta' żmien għar-reazzjoni tal-Italja hija ogħla mill-benchmark ta' sebgħin jum kif speċifikat fil-Pjattaforma Pilota tal-UE; fil-każijiet imsemmija hawn fuq, għaddew bosta xhur mingħajr ebda tweġiba;

D.     billi, jekk il-Kummissjoni tapplika sanzjonijiet ta' flus għall-applikazzjoni inkorretta tal-liġi tal-UE, iċ-ċittadini jkollhom iħallsu għal dawn il-multi;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex tiżgura li ċ-ċittadini ma jkollhomx għalfejn iħallsu għal ksur tal-liġi tal-UE kommess minn Stati Membri;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni żżid it-trasparenza ta' proċeduri ta' qabel il-ksur, billi tagħti liċ-ċittadini d-dritt sħiħ ta' aċċess.