Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0652/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0652/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-Parmigiano Reggiano u tal-Grana Padano

19.6.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8-0652/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-Parmigiano Reggiano u tal-Grana Padano

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fl-2014, għall-ewwel darba, il-produzzjoni tal-Parmigiano Reggiano u tal-Grana Padano "foloz" qabżet dik tal-oriġinali "Made in Italy" – 300 miljun kilo ta' produzzjoni ta' imitazzjonijiet meta mqabbla ma' 295 miljun kilo tal-produzzjoni oriġinali Taljana – li wasslet għal tnaqqis qawwi fil-valur tal-esportazzjonijiet;

B.     billi din is-sitwazzjoni tissogra li tikkomprometti b'mod gravi sistema ta' produzzjoni b'valur ta' EUR 4 biljun li tħaddem mijiet ta' eluf ta' persuni;

C.     billi barra minn hekk, il-produtturi responsabbli għall-propagazzjoni bla rażan tal-imitazzjonijiet ġejjin mill-kontinenti kollha, iżda speċjalment mill-Istati Uniti fejn jinbiegħu, pereżempju, il-Parmigiano falz għall-vegani u l-Parmigiano tal-Komunità Amish u fejn il-Parmesan saħansitra rebaħ it-titolu tal-aħjar ġobon Amerikan;

D.     billi dawn iċ-ċifri juru li l-politiki Ewropej maħsuba biex irażżnu l-falsifikazzjoni fallew;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni biex trażżan l-imitazzjoni ta' dawn iż-żewġ prodotti preġjati agroalimentari "Made in Italy";

2.      Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-falsifikazzjoni "Made in USA" fi ħdan in-negozjati għat-TTIP.