Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0745/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0745/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ir-regolamentazzjoni Ewropea tal-fużjonijiet transfruntieri bejn kumpanniji

2.7.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8-0745/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamentazzjoni Ewropea tal-fużjonijiet transfruntieri bejn kumpanniji

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-konsultazzjoni pubblika dwar il-fużjonijiet transfruntieri ta' kumpanniji fl-Unjoni Ewropea, imnedija f'Settembru 2014, ingħalqet f'Jannar 2015;

B.     billi l-pjan ta' azzjoni 2012 (COM(2012)0740 final) identifika sensiela ta' problemi marbutin mal-implimentazzjoni u mal-funzjonament prattiku tad-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpanniji;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni taġixxi biex il-fużjonijiet transfruntieri jsiru prattiki kummerċjali dejjem aktar trasparenti u sikuri;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u lill-Kunsill.