Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0820/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0820/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-eżenzjoni tal-viża għal ċittadini ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti tal-Amerika

1.9.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dubravka Šuica

B8-0820/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-eżenzjoni tal-viża għal ċittadini ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi qed issir diskriminazzjoni kontra ċittadini Kroati, Pollakki, Rumeni, Bulgari u Ċiprijotti meta mqabbla ma' ċittadini ta' Stati Membri oħra tal-UE, minħabba l-fatt li għadhom jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti tal-Amerika;

B.     billi ċ-ċittadini tal-Istati Uniti tal-Amerika ma għandhomx bżonn viża biex jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant fil-Kroazja;

C.     billi l-Kroazja, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarija u Ċipru huma membri tan-NATO u introduċew il-passaport bijometriku;

D.     billi l-miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu ġew imsaħħa fl-Istati Uniti, u billi l-problema tal-viżi m'għandux ikollha aktar riperkussjonijiet negattivi għaċ-ċittadini Kroati, Pollakki, Rumeni, Bulgari u Ċiprijotti;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni tuża r-riżorsi diplomatiċi fid-dispożizzjoni tagħha biex tadotta, f'konformità mal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-miżuri mixtieqa sabiex iċ-ċittadini Kroati, Pollakki, Rumeni, Bulgari u Ċiprijotti jgawdu l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tal-maġġoranza tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li għalihom tappika s-sistema ta' eżenzjonijiet mill-viża fir-rigward tal-Istati Uniti tal-Amerika.