Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0887/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0887/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħtieġa li jiġu promossi soluzzjonijiet radikali għall-kriżi tal-migrazzjoni

28.8.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Gianluca Buonanno

B8-0887/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa li jiġu promossi soluzzjonijiet radikali għall-kriżi tal-migrazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi, skont l-opinjoni awtorevoli tad-Direttur ta' Frontex, Fabrice Leggeri, intervistat minn gazzetta magħrufa Franċiża, "il-kriżi marbuta mal-migrazzjoni x'aktarx li tkompli għal ħafna snin";

B.     billi skont id-Direttur tal-Aġenzija "s-sitwazzjoni politika fil-Lvant Nofsani u n-nuqqas ta' prospettivi ta' żvilupp fl-Afrika huma elementi strutturali li se jippersistu u, possibilment, jaggravaw", u "s-sitwazzjoni tirrikjedi azzjonijiet ta' natura oħra min-naħa tal-Ewropa", bil-kuntrarju tas-soluzzjonijiet proposti sal-lum;

C.     billi r-reġistrazzjoni u l-iskrinjar ta' persuni potenzjali li jfittxu l-ażil f'hot spots' li jinsabu fil-Greċja u fl-Italja mhumiex soluzzjoni, billi jġiegħlu liż-żewġ stati li huma affettwati l-aktar minn dan l-influss migratorju bla preċedent li jġarrbu l-piż tal-ġestjoni ta' mases enormi ta' rifuġjati ġenwini u mhux u ta' persuni foqra u fil-bżonn;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tabbanduna proġetti illużorji u tiffoka fuq iż-żewġ punti essenzjali tal-kwistjoni: 1) l-għeluq u l-iżgurar tal-fruntieri u 2) intervent (dirett u/jew ta' appoġġ lill-gvernijiet ta' pajjiżi speċifiċi) għan-normalizzazzjoni taż-żoni ta' kriżi u kunflitt li l-immigranti illegali qed jaħarbu minnhom.