MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 131kWORD 59k
28.8.2015
PE568.377v01-00
 
B8-0899/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar miżuri aktar effettitvi kontra l-ġellieda barranin (foreign fighters)


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar miżuri aktar effettivi kontra l-ġellieda barranin (foreign fighters)  
B8-0899/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi, Gilles De Kerchove, koordinatur tal-UE kontra t-terroriżmu, fil-15 ta'Ġunju matul intervent quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew, iddikjara li l-livell ta' twissija fir-rigward tal-ġellieda barranin (l-hekk imsejħa "foreign fighters") fl-Ewropa għadu għoli, u li l-UE ma rnexxilhiex trażżan il-fluss ta' rekluti Ewropej li ngħaqdu mal-gruppi radikali Iżlamiċi fis-Sirja u l-Iraq;

B.     billi huwa stmat li hemm madwar 4 000 Ewropew li bħalissa qegħdin jiġġieldu f'żoni tal-gwerra fil-Lvant Nofsani flimkien ma' gruppi terroristiċi, u li dawn qegħdin ikomplu jitilqu minn diversi Stati Membri;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tindika l-kawżi li wasslu għal din is-sitwazzjoni u tiżviluppa inizjattivi aktar b'saħħithom sabiex trażżan is-sitwazzjoni deskritta hawn fuq;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni telenka lista uffiċjali u kompleta tal-ġellieda barranin kollha u tagħmilha aċċessibbli għall-forzi tal-pulizija tal-Istati Membri kollha.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza