MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 135kWORD 60k
21.9.2015
PE568.435v01-00
 
B8-0956/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħtieġa ta' koordinazzjoni tal-oqfsa ta' politika strateġiċi nazzjonali fil-qasam tal-mobilità sostenibbli


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa ta' koordinazzjoni tal-oqfsa ta' politika nazzjonali fil-qasam tal-mobilità sostenibbli  
B8-0956/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi;

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi, skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport bit-triq żdiedu b'29 % matul il-perjodu mill-1990 sal-2007, bi tnaqqis ta' 6 % bejn l-2007 u l-2011;

B.     billi, skont il-"Pjan direzzjonali għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju sal-2050" u l-"White Paper dwar it-Trasport" tal-Kummissjoni Ewropea, sal-2050 is-settur tat-trasport għandu jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu tad-CO2 b'madwar 60 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990;

C.     billi l-vetturi elettriċi jirrapreżentaw alternattiva tajba għal magni bil-kombustjoni interna, minħabba l-impatt żgħir li għandhom fuq it-tisħin globali, kif juru r-riżultati tal-inizjattiva "Green eMotion" tal-Kummissjoni Ewropea;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tieħu nota tal-potenzjal enormi rappreżentat mill-elettromobilità u għalhekk iħeġġeġ il-kooperazzjoni tal-oqfsa ta' politika tal-Istati Membri kollha għall-bini ta' infrastruttura għall-fjuwils alternattivi.

Avviż legali - Politika tal-privatezza