MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 61k
23.9.2015
PE568.437v01-00
 
B8-0958/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kost taċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija


Patricija Šulin, Dubravka Šuica

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kost taċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija  
B8-0958/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-rieżami li jmiss tad-Direttiva dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (2010/31/UE)

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi ċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija huma wieħed mill-ewwel passi lejn it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini u t-tnaqqis tal-konsum enerġetiku, speċjalment tal-bini eżistenti;

B.     billi għandu jkun fl-interess komuni tal-UE fit-totalità tagħha li tiżgura li numru ta' bini jekk jista' jkun għoli jikseb titjib fl-effiċjenza enerġetika;

C.     billi l-kost għoli taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fir-rigward tal-kapaċità tal-akkwist ġenerali fl-Istati Membri jista' jkun ostaklu importanti għall-użu aktar mifrux tagħhom;

D.     billi għandha tittieħed azzjoni biex tipprevjeni li jsiru profitti inġusti;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida dwar l-iffissar tal-prezzijiet għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fl-UE bil-għan tal-promozzjoni tal-użu tagħhom u tal-prevenzjoni ta' profitti inġusti.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza