Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0992/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0992/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-istatus ta' refuġjat minħabba l-klima

28.9.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-0992/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istatus ta' refuġjat minħabba l-klima

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/95/UE,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/32/UE,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-immigrazzjoni hija problema attwali u l-politiki rilevanti fil-livell Ewropew għandhom jiġu implimentati;

B.     billi għaddej dibattitu mqanqal dwar il-fatt li t-tibdil fil-klima se jwassal għal żieda qawwija tal-migrazzjoni;

C.     billi, pereżempju, fis-Sirja n-nifxa eċċezzjonali tat-triennju 2007-2010 attribwibbli, minħabba l-intensità tagħha, għat-tibdil fil-klima kkontribwiet għall-intensifikazzjoni tal-kunflitt li ilu sejjer mill-2011 u kkawża flussi migratorji konsiderevoli;

D.     billi l-istatus ta' refuġjat minħabba l-klima għadu mhuwiex previst la fid-dritt internazzjonali u lanqas f'dak Ewropew;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni li tipprevedi l-istatus ta' refuġjat minħabba l-klima.