MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 59k
9.10.2015
PE568.552v01-00
 
B8-1063/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ripatrijazzjoni għall-immigranti mingħajr id-dritt li jgħixu fl-Istati Membri tal-UE


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ripatrijazzjoni għall-immigranti mingħajr id-dritt li jgħixu fl-Istati Membri tal-UE  
B8-1063/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ministri tal-intern tal-Istati Membri tal-UE, illum miġbura fil-Lussemburgu, enfasizzaw il-fatt li r-riallokazzjoni tar-rifuġjati ma tagħmilx sens jekk, qabel, wieħed ma jkunx jaf kif għandu jkeċċi mit-territorju Ewropew lil min m'għandux id-dritt li jibqa' fih;

B.   billi jirriżulta importanti li tiġi stabbilita sistema ċentralizzata u effiċjenti ta' ripatrijazzjoni, għall-kuntrarju ta' dak li għaddej attwalment;

1.  Jistieden lill-Kummisjoni Ewropea u lill-Kunsill jevalwaw din il-kwistjoni u jagħtu risposta immedjata u soda, anki billi jagħmluha ċara mal-pajjiżi ta' oriġini li jekk ma jikkollaborawx b'mod attiv, l-għajnuna għall-iżvilupp tista' tonqos, jekk mhux tinqata' għalkollox.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza