Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1064/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1064/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-implimentazzjoni ta' sistema regolatorja aġġornata li timmodifika s-Safe Harbour Agreement bejn l-UE u l-Istati Uniti

6.10.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-1064/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta' sistema regolatorja aġġornata li timmodifika s-Safe Harbour Agreement bejn l-UE u l-Istati Uniti

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni C(2000) 2441 tas-26 ta' Lulju 2000,

–  wara li kkunsidra wkoll id-Deċiżjoni 1247/2002/KE tal-10 ta' Lulju 2002,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 153 u 156 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'dinja li dejjem qiegħda ssir aktar globalizzata u interkonnessa, huwa kruċjali li d-data li ddur fuq l-internet tiġi protetta;

B.  billi fl-UE saru xi passi 'l quddiem fir-rigward tal-protezzjoni tad-data fuq l-internet, iżda l-iskandlu riċenti datagate wera li għad hemm punti dgħajfa fil-leġiżlazzjoni komunitarja;

C.  billi d-dikjarazzjoni ta' invalidità li saret ilbieraħ mill-Qorti Ewropea tal-Lussemburgu, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 2000 li, fis-sistema msejħa Safe Harbour, iddefinixxiet bħala wieħed adegwat il-livell ta' protezzjoni li għandha l-Istati Uniti fuq data personali ttrasferita mill-Ewropa lejn servers Amerikani;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika b'urġenza d-deċiżjonijiet meħuda preċedentement b'rabta mas-Safe Harbour Agreement, u taġġornahom fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti.