MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 59k
1.10.2015
PE568.554v01-00
 
B8-1065/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-protezzjoni tal-wirt kulturali ta' taħt l-ilma Ewropew


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-wirt kulturali ta' taħt l-ilma Ewropew  
B8-1065/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2001 dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali ta' Taħt l-Ilma,

–  wara li kkunsidra t-Trattat tal-Belt Valletta tal-1992 dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkeoloġiku,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea għandha wirt arkeoloġiku u kulturali ta' taħt l-ilma fost l-aktar importanti fid-dinja;

B.  billi wirt bħal dan għandu mhux biss jiġi salvagwardjat imma anke jkun aċċessibli għat-turiżmu responsabbli, b'tali mod li jiġġenera benefiċċji għall-kulħadd;

C.  billi l-wirt ta' taħt l-ilma huwa suġġett għal theddid dejjem jiżdied, fosthom dik tal-"arkeomafja";

1.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha sabiex l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-UNESCO, tipproteġi, tippreserva u tagħti valur akbar lill-wirt arkeoloġiku u kulturali ta' taħt l-ilma Ewropew;

2.  Jitlob ukoll li tiġi kkunsidrata l-allokazzjoni ta' aktar riżorsi ekonomiċi għar-riċerka u l-investiment f'dan is-settur.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza