MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 134kWORD 60k
6.10.2015
PE568.555v01-00
 
B8-1066/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-ksur tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-data personali


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-ksur tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-data personali  
B8-1066/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-sentenza Schrems, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat li l-Istati Uniti tal-Amerka ma jiggarantixxux livell xieraq ta' protezzjoni tad-data personali;

B.  billi b'din l-istess deċiżjoni l-Qorti ddikjarat ukoll l-illeġittimità tal-hekk imsejħa Deċiżjoni dwar l-Isfera ta' Sikurezza, jiġifieri l-ftehim kummerċjali mal-Istati Uniti tal-Amerka li kien jippermetti t-transferiment tad-data personali bil-konvinzjoni ridikola li l-Istati Uniti kienu se jiggarantixxu r-rispett tal-privatezza;

C.  billi l-Kummissjoni hija responsabbli tal-ksur tad-Direttiva 95/46/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, billi ppermettiet it-transferiment ta' biljuni ta' data dwar iċ-ċittadini Ewropej lejn pajjiż li jemmen bis-sħiħ fis-sorveljanza tal-massa;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji bil-għan li twaqqaf immedjatament kull tip ta' transferiment ta' data dwar iċ-ċittadini Ewropej lejn l-Istati Uniti tal-Amerka, issaħħaħ il-miżuri tal-protezzjoni tal-privatezza u tniedi inkjesta sabiex tiġi stabbilita l-firxa eżatta ta' dan il-fenomenu u r-responsabbiltajiet relatati.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza