MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 134kWORD 60k
8.10.2015
PE568.556v01-00
 
B8-1067/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-abolizzjoni tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika


Dominique Martin, Joëlle Mélin, Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abolizzjoni tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika  
B8-1067/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 intitolata "Is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar "Ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi",

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-Semestru Ewropew huwa strument li jiġġedded kull sitt xhur biex l-Istati Membri jingħataw "rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż";

B.  billi l-istat ġenerali tal-Unjoni għadu dgħajjef u fraġli minkejja rkupru modest;

C.   billi l-effikaċja ta' dan is-Semestru Ewropew kulma jmur qed tiġi aktar kontestata;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tabolixxi s-Semestru Ewropew;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħti biżżejjed setgħa lill-Istati Membri sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu waħedhom il-miżuri meħtieġa li jiżguraw it-tkabbir u l-iżvilupp tagħhom.

Avviż legali - Politika tal-privatezza