MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 133kWORD 61k
6.10.2015
PE568.558v01-00
 
B8-1068/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-proposta ta' linji gwida fil-livell tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-lukandi


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta ta' linji gwida fil-livell tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-lukandi  
B8-1068/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni COM(2010)352 final,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni COM(2014)86 final,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 153 u 156 tat-TUE,

A.  billi t-turiżmu jirrappreżenta waħda mill-aktar attivitajiet ekonomiċi importanti għall-Ewropa, b'effetti pożittivi fuq it-tkabbir u l-impjiegi;

B.  billi l-leġiżlazzjoni Ewropea tagħti attenzjoni partikolari lis-settur terzjarju u billi l-Kummissjoni, fil-qafas ta' Orizzont 2020, tiddedika kapitolu importanti għas-sostenn ta' inizjattivi fis-settur turistiku;

C.  billi, madankollu, għandhom isiru sforzi akbar fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat, f'perspettiva ta' koeżjoni, li min jagħmel użu mis-servizzi turistiċi jkun jista' jagħmel dan b'mod uniformi fl-Ewropa kollha;

D.  billi s-sistemi ta' klassifikazzjoni tal-lukandi jvarjaw mhux biss minn Stat Membru għal ieħor, iżda anke fi ħdanhom stess, u dan joħloq konfużjoni u jagħti protezzjoni fqira lill-konsumaturi/klijenti;

E.  billi l-klassifikazzjoni Amerikana tal-lukandi msejħa "star rating system" kienet esperiment inkoraġġanti;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi linji gwida fil-livell tal-Unjoni għal klassifikazzjoni uniformi tal-lukandi.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza