MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 60k
14.10.2015
PE568.570v01-00
 
B8-1072/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-produzzjoni tal-elettriku minn residwi mill-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-produzzjoni tal-elettriku minn residwi mill-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru  
B8-1072/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 663/2009,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa hija ta' importanza;

B.  billi l-ispejjeż għar-rimi tal-"polpa taċ-ċitru" huma għoljin, jiġifieri taż-żerriegħa u l-qoxra li jibqgħu mill-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru;

C.  billi l-proġett Sqalli "Enerġija mill-frott taċ-ċitru" kien suċċess, liema proġett stabbilixxa sistema ta' produzzjoni ta' elettriku ġġenerat mill-"polpa taċ-ċitru" permezz ta' impjant pilota: ġie kkalkulat li biex tissolva l-problema tar-residwi tal-frott taċ-ċitru fi Sqallija, jkunu biżżejjed 20 "diġestur" bħal dawk tal-impjant;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-monitoraġġ tar-riżultati, tagħmel studju dwar kif sistema bħal din tista' tipproduċi fuq skala akbar, u tħeġġeġ proġetti simili bl-użu, pereżempju, tal-Bergamotto jew ta' frott ieħor taċ-ċitru.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza