MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 134kWORD 60k
14.10.2015
PE570.914v01-00
 
B8-1081/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-proposti tal-OECD kontra l-evitar tat-taxxa


Sophie Montel, Florian Philippot, Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposti tal-OECD kontra l-evitar tat-taxxa   
B8-1081/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-OECD adottat sensiela ta’ miżuri, li ġew approvati minn għexieren ta’ pajjiżi, kontra l-evitar tat-taxxa;

B.  billi l-pakkett ma jikkontribwixxix biżżejjed, la biex jiżgura t-trasparenza tar-rapport għal kull pajjiż, li se jkun limitat għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet, u lanqas fir-rigward tad-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa li se jibqgħu sigrieti;

C.  billi d-distorsjoni maħluqa mis-sistemi ta’ taxxa preferenzjali fuq l-introjtu mill- proprjetà intellettwali ("sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi") mhijiex qed tiġi indirizzata;

D.  billi l-OECD “qed tipprova tirrimedja sistema li ma tistax tissewwa", kif jinnota Joseph E.  Stiglitz, minħabba li qed tkompli timxi fuq il-prinċipju ta' distakkament li jwassal għal abbuż fil-valutazzjoni tal-prezz tat-trasferiment;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tħalli lill-Istati Membri jagħżlu t-tassazzjoni skont il-metodu ta’ qsim tal-profitti, li jippermetti li l-profitti ġġenerati mis-sussidjarji tal-istess impriża jinqasmu bejn diversi pajjiżi, u biex iżżid it-trasparenza tad-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u tar-rapport għal kull pajjiż sabiex dawn ikunu aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-Istati Membri ħalli jissaħħaħ l-effett ta' deterrent tad-dispożizzjonijiet.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza