MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 133kWORD 61k
14.10.2015
PE570.917v01-00
 
B8-1083/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-eċċess kurrenti taż-żona tal-euro


Sophie Montel, Florian Philippot, Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-eċċess kurrenti taż-żona tal-euro  
B8-1083/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-bilanċ favorevoli kurrenti taż-żona tal-euro jista’ jilħaq 3.5 % tal-PDG fl-2015;

B.  billi dan l-eċċess jirriżulta mit-tnaqqis fid-domanda domestika minħabba l-kriżi tal-2007-2008, li ġiet aggravata bil-politiki ta’ awsterità mwettqa taħt l-awtorità tal-Kummissjoni Ewropea;

C.  billi huwa użat biex jiġu akkwistati assi ta’ kwalità baxxa (bonds u titoli għal żmien qasir), iżda ma żiedx l-investimenti diretti barranin;

D.  billi mhuwiex leġittimu għax huwa riżultat tat-tnaqqis fl-investiment pubbliku (- 1 punt tal-PDG) u fl-impriżi (- 1,3 punt tal-PDG), u mhux taż-żieda fit-tfaddil bħala tħejjija għat-tixjiħ tal-popolazzjoni;

E.  billi jagħmel pressjoni fuq iż-żieda fir-rata tal-kambju tal-euro, li jkollha impatt reċessjonarju, speċjalment għall-pajjiżi li jkollhom prodotti esportati li jkunu sensittivi għall-munita unika;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, minħabba s-serjetà tas-sitwazzjoni, tissospendi kwalunkwe politika li twassal għal stimoli baġitarji negattivi li jnaqqsu d-domanda domestika u jżidu l-eċċess kurrenti taż-żona tal-euro.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza