MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 131kWORD 60k
8.10.2015
PE570.918v01-00
 
B8-1084/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-agrikoltura ċirkolari


Nicola Caputo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-agrikoltura ċirkolari  
B8-1084/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-agrikoltura moderna mhijiex se tibqa' aktar sostenibbli fuq medda ta' żmien twil, inkwantu tapplika l-prinċipji tal-ekonomija lineari tradizzjonali (tieħu, tuża u tarmi) li jeħtieġu li tuża provvisti kontinwi ta' materja prima li maż-żmien jispiċċaw u tipproduċi skart li ma jinstabx post xieraq għalih u jispiċċa biex iniġġes l-ibħra u x-xmajjar;

B.  billi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari jistgħu jkunu applikati anki lis-settur agrikolu bis-saħħa tal-irkupru tar-riżorsi meħudin mill-art, iżda li għadhom jiċċirkolaw (skart tal-industriji agroalimentari, ilma mormi mhux industrijali, demel tal-istalel, sustanzi esklużivament organiċi), minflok tal-provvista tagħhom minn barra s-settur;

C.  billi b'dan il-metodu l-ġdid jafu jkunu ppreservati l-fertilità tal-ħamrija u l-bijodiversità u tonqos il-kwantità ta' skart prodott;

1.  Iqis li l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari fl-agrikoltura tkun tippermetti li l-azjendi agrikoli Ewropej isiru awtonomi, b'hekk jonqos it-tniġġis min-nitrati u mill-fosfati fl-UE;

2.  Iqis li l-agrikoltura ċirkolari tista' tirrappreżenta s-soluzzjoni anki għall-problema tal-erożjoni tal-art li kull sena fid-dinja tikkawża t-telf ta' 24 biljun tunnellata ħamrija, li n-natura jirnexxilha terġa' toħloq biss il-1 % fis-sena.

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-agrikoltura ċirkolari permezz ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u inċentivi.

Avviż legali - Politika tal-privatezza