MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 131kWORD 59k
6.10.2015
PE570.919v01-00
 
B8-1085/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-appoġġ għall-inizjattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għall-inizjattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet  
B8-1085/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-punti tal-programm Ewropew "LIFE",

–  wara li kkunsidra l-objettivi tal-programm "Orizzont 2020",

–  wara li kkunsidra l-ambizzjonijiet tal-programm "Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari" promossi mill-Kummissjoni Ewropea;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi huwa urġenti, minħabba t-tibdil fil-klima, li jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-Ewropa u fid-dinja;

B.  billi kienu suċċess il-każijiet reġistrati fi ħdan il-"Movimento di transizione", li jippromwovi l-bidliet żgħar li jibdew mill-bażi bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet f'ħafna bliet Ewropej;

C.  billi l-inizjattiva fil-belt ta' Pariġi li tippremja dawk iċ-ċittadini li aktar jivvjaġġaw bir-rota milli bil-karozza biex imorru x-xogħol kienet suċċess;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa ideat pożittivi bħal dawn permezz tat-twaqqif ta' sit informattiv dwar l-inizjattivi lokali, imprenditorjali jew tas-soċjetà ċivili li jsiru fit-territorju tal-Istati Membru fil-ġlieda kontra l-emissjonijiet.

Avviż legali - Politika tal-privatezza