Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1086/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1086/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar id-drittijiet tal-bniedem

6.10.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-1086/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-preambolu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 6 u 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 205 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija (2015-2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont Amnesty International, is-sena 2014 kienet waħda katastrofika għal miljuni ta' nies li ġew imċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem tagħhom;

B.  billi "t-tkasbir u ż-żebliħ tad-drittijiet tal-bniedem ġabu magħhom għemejjel kiefra li weġġgħu l-kuxjenza tal-umanità", kif stabbilit fil-preambolu tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

C.  billi huwa impossibbli li dak li jkun jaħseb fil-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju mingħajr il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huwa għalhekk essenzjali biex ikun żgurat l-iżvilupp;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu d-drittijiet tal-bniedem il-prijorità tagħhom, speċjalment fid-dawl tal-kriżi tar-rifuġjati attwali.