MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 130kWORD 60k
20.10.2015
PE570.932v01-00
 
B8-1098/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tumur tal-ovarji


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tumur tal-ovarji  
B8‑1098/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 u t-2 ta' Ġunju 2006 dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi saħħet iċ-ċittadini għandha tkun prijorità fil-politiki tal-UE;

B.  billi r-riskju tal-mewt f'każ ta' tumur f'ovarji fin-nisa hu elevat;

C.  billi, sal-lum, id-dijanjożi f'waqtha hi l-unika possibilità biex tkun affrontata l-marda b'possibilitajiet tajbin ta' fejqan (90 fil-mija kontra 25 fil-mija biss jekk il-kankru ma jkunx dijanjostikat fi stadju avvanzat);

D.  billi, bħalissa, ma jeżistux strumenti ta' prevenzjoni (bħalma huma l-pap test għat-tumur tal-utru) jew ta' dijanjożi prekoċi (bħalma hi l-mammografija fil-każ tal-kankru tas-sider) u li għalhekk il-possibilitajiet ta' kura huma ridotti ħafna;

1.  jitlob lill-Kummissjoni tipproponi kampanji ta' prevenzjoni u sensibilizzazzjoni fuq it-tema tat-tumru tal-ovarji.

Avviż legali - Politika tal-privatezza