Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1141/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1141/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-taxxa diġitali

27.10.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Nicola Caputo

B8-1141/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-taxxa diġitali

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-Unjoni Ewropea ma teżisti ebda regolamentazzjoni li timponi li l-kumpaniji multinazzjonali tal-ekonomija diġitali jħallsu t-taxxi fil-postijiet fejn joperaw;

B.  billi tali nuqqas ma jippermettix ġlieda effikaċi kontra l-evitar tat-taxxa fit-tranżazzjonijiet elettroniċi, u dan joħloq effetti negattivi fuq il-fiduċja tal-konsumatur u fuq l-iżvilupp tal-kummerċ online;

C.  billi l-istabbiliment ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet tal-kumpaniji multinazzjonali li – għalkemm ma jkollhomx sede fit-territorju Ewropew – jkollhom dħul min-negozju fl-Unjoni Ewropea, joħloq kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp ta' kummerċ online ekwu;

1.  Iqis, għalhekk, li jkun xieraq li tiddaħħal taxxa diġitali Ewropea, bl-għan li jitnaqqsu t-trasferiment tal-profitti u l-evitar tat-taxxa fl-ekonomija diġitali u li jiġu ntaxxati l-introjti ġenerati fl-UE mill-kumpaniji multinazzjonali tas-settur, li jagħmlu dħul kbir min-negozju fl-Istati Membri;

2.  Iqis li t-taxxa m'għandhiex tapplika għal kull impriża li twettaq tranżazzjonijiet diġitali, iżda għandha tapplika biss għal dawk li jiġġeneraw dħul kbir min-negozju fl-UE mill-bejgħ online;

3.  Iqis li inizjattivi individwali tal-Istati Membri jistgħu jaggravaw il-frammentazzjoni tas-suq diġitali, u dan juri l-ħtieġa ta' azzjoni unitarja;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-istabbiliment, fl-UE, ta' taxxa diġitali u tanalizza kull mezz possibbli ta' tassazzjoni tal-ekonomija diġitali.