Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-1252/2015

Testi mressqa :

B8-1252/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2016 - 8.6

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 61k
13.11.2015
PE571.076v01-00
 
B8-1252/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-bijodiversità


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bijodiversità  
B8-1252/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat ENVI ġiet diskussa l-eżistenza ta’ "kriżi ta’ bijodiversità" vera u proprja, kif ukoll l-importanza li jitħarsu r-riżorsi naturali tal-pjanti u tal-annimali fl-Ewropa;

B.  billi l-Ewropa għandha leġiżlazzjoni komprensiva f’din il-kwistjoni u għalhekk tiggarantixxi l-preservazzjoni tal-ambjent;

C.  billi ħafna organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma attivi u involuti fi kwistjonijiet ambjentali u jistgħu jagħtu kontribut prezzjuż;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-impenn tas-soċjetà ċivili għall-ħarsien ambjentali mhux biss mil-lat finanzjarju, iżda wkoll permezz tal-ħolqien ta’ reġistru Ewropew tal-organizzazzjonijiet kollha għall-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità, sabiex tkun faċilitata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini.

 

(1)

ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(2)

ĠU L 328, 6.12.2013, p. 28.

Avviż legali - Politika tal-privatezza