Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1283/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1283/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-istrateġija għall-benessri tal-annimali

24.11.2015 - (2015/2957(RSP))

imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B8‑1107/2015
skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura

James Nicholson, Richard Ashworth, Daniel Dalton, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B8-1278/2015

Proċedura : 2015/2957(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B8-1283/2015
Testi mressqa :
B8-1283/2015
Dibattiti :
Testi adottati :

B8‑1283/2015

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija għall-benessri tal-annimali

(2015/2957(RSP))

The European Parliament,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2012 dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (COM(2012)0006/2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tal-benessri tal-annimali tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ekwi fi ħdan l-Unjoni u b'hekk għal suq intern li jiffunzjona tajjeb;

B.  billi r-regoli nazzjonali dwar il-benessri tal-annimali m'għandhomx imorru kontra l-prinċipji tas-suq uniku tal-UE;

C.  billi l-benessri tal-annimali huwa marbut mill-qrib mas-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta, mingħajr dewmien, il-punti pendenti tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012 - 2015;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal strateġija ġdida u ambizzjuża għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali għas-snin 2016-2020 sabiex tibni fuq il-ħidma tal-istrateġija preċedenti u tiżgura l-kontinwazzjoni ta' qafas biex tiggarantixxi standards għolja tal-benessri tal-annimali fost l-Istati Membri;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fejn ikun hemm evidenza xjentifika ċara li turi problemi marbuta mal-benessri tal-annimal, tadatta jew tintroduċi strumenti ta' politika ġodda biex issolvi dawn il-problemi;

4.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar effikaċi tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-benessri tal-annimali u jenfasizza li t-titjib tal-infurzar u tal-konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti għandu jkun għan ewlieni fir-regoli kollha relatati mas-saħħa u l-benessri tal-annimali;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fl-istess ħin, biex tkun aktar ambizzjuża fir-rigward tal-inklużjoni u l-prijoritizzazzjoni tar-reċiproċità tal-istandards tal-benessri tal-annimali, bħala element mhux kummerċjali fil-politika tal-kummerċ tagħha u meta tinnegozja ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali, u biex tippromwovi l-benessri tal-annimali f'pajjiżi terzi billi tesiġi standards ta' benessri ekwivalenti għall-annimali u l-prodotti importati flimkien ma' kontrolli stretti;

6.  Jenfasizza li l-Artikolu 13 tat-TFUE huwa ta' applikazzjoni ġenerali, orizzontali, u għaldaqstant, huwa importanti daqs id-dispożizzjonijiet dwar l-agrikoltura, l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.