MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ġlieda kontra l-abbandun u l-moħqrija tal-annimali
17.11.2015
Dominique Bilde, Sophie Montel, Florian Philippot, Steeve Briois
B8-1306/2015
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-abbandun u l-moħqrija tal-annimali
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-benessri tal-annimali jrid ikun prijorità u li huwa xieraq li l-persuni li jaħqru l-annimali jiġu ppenalizzati b'mod aktar sever;
B. billi bosta annimali jiġu abbandunati u li postijiet ta’ kenn għall-annimali qed jiffiċċjaw dejjem aktar diffikultajiet minħabba n-numru kbir ta' annimali li jilqgħu;
C. billi d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ċerti pajjiżi minħabba l-problema ta’ klieb jew qtates li jgħixu fit-triq;
1. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawk li jaħqru l-annimali jitressqu l-qorti u jiġu kkastigati bil-liġi b’severità proporzjonali għall-gravità tal-azzjonijiet tagħhom;
2. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu kampanja ta’ komunikazzjoni maħsuba biex iżżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-obbligi u r-restrizzjonijiet marbuta maż-żamma ta’ annimal domestiku, u biex jappoġġaw l-inizjattivi dwar din il-kwistjoni, speċjalment fl-iskejjel u fl-assoċjazzjonijiet;
3. Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex joħolqu sistema li tippermetti r-rikonoxximent ta' azjendi tat-trobbija tal-klieb u l-kummerċ tal-klieb, sabiex isegwu l-vjaġġ tal-klieb ikkummerċjalizzati bejn l-Istati u biex jiġġieldu kontra l-mezzi illegali.