Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1311/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1311/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI fuq il-faqar fost it-tfal

25.11.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Gianluca Buonanno

B8-1311/2015

Mozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-faqar fost it-tfal

Il-Parlament Ewropew,

 

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont Eurostat 26 miljun tifel u tifla Ewropej jgħixu f'kundizzjonijiet ta' faqar u esklużjoni, u billi dan il-fatt jirrigwarda 26 % taċ-ċittadini ta' taħt it-18-il sena;

 

B.   billi fl-Italja t-tfal foqra jgħoddu t-32 %, fl-Ungerija l-41,4 %, fil-Bulgarija l-45,2 %, fir-Rumanija l-51 %, u dawn in-numri jkexkxuk;

 

C.   billi t-tfal Ewropej kollha għandu jkollhom l-istess drittijiet u l-istess opportunitajiet f'dak li jirrigwarda l-aċċess għat-tagħlim, għall-kura medika, u għal abitazzjoni li jkun jixirqilha dan l-isem, għal alimentazzjoni li tkun ta' ġid għas-saħħa u għal attivitajiet ta' rikreazzjoni maħsuba skont il-gruppi differenti ta' età;

 

1.  Jappella għal intervent tal-Kummissjoni li jkun konkret, prattiku, finanzjarju, skont il-kompetenzi tagħha fil-qasam tal-ġlieda lill-faqar u lill-esklużjoni soċjali, fil-qasam taż-żgħożija u t-tagħlim, bl-iskop li titnaqqas id-distakk li jeżisti bejn id-diversi Stati Membri tal-UE.