Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1334/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1334/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-istabbiliment ta’ regolamentazzjoni Ewropea dwar ir-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed mill-ktajjen tas-supermarkets

13.11.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-1334/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment ta’ regolamentazzjoni Ewropea dwar ir-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed mill-ktajjen tas-supermarkets

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2014 bit-titolu "Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: programm ta' skart żero għall-Ewropa",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari teħtieġ it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, u tibdil fl-istili ta’ ħajja, il-konsum u sistemi ta’ produzzjoni;

B.  billi, meta mqabbla mas-795 miljun persuna fid-dinja li m’għandhomx biżżejjed riżorsi tal-ikel, fl-Ewropa jinħela u jintilfu tunnellati ta’ ikel tul il-katina kollha tal-provvista tal-ikel;

C.  billi l-Kummissjoni diġà qed tinvestiga l-kwistjoni tat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel permezz ta’ kooperazzjoni ma’ esperti tal-industrija agroalimentari, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-Istati Membri;

D.  billi ġie stabbilit Grupp ta’ Ħidma dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel, bil-għan li jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni f’dan il-qasam;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-adozzjoni ta’ regolament Ewropew bil-ħsieb li jirregola, jissimplifika u jħeġġeġ id-donazzjoni u r-ridistribuzzjoni tal-eċċess u l-prodotti tal-ikel mhux mibjugħa jew bi skadenza qasira mill-ktajjeb tas-supermarkets għal dawk li qed jiffaċċjaw diffikultajiet ekonomiċi u soċjali.