Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1368/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1368/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-promozzjoni ta' programmi rikreattivi biex tiġi miġġielda s-solitudni fost l-anzjani

24.11.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-1368/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni ta' programmi rikreattivi biex tiġi miġġielda s-solitudni fost l-anzjani

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru  742/2008/KE,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru  554/2014/UE,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru  1291/2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, f'komunikazzjoni tal-2006, il-Kummissjoni kienet diġà saħqet fuq il-fatt li t-tixjiħ demografiku jikkostitwixxi waħda mill-isfidi ewlenin li kellha tindirizza l-Unjoni Ewropea;

B.  billi, skont dak li hu stabbilit mill-Artikolu 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni stess tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-anzjani li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali;

C.  billi, skont l-aktar studji Amerikani reċenti, is-solitudni hija fattur ewlieni li jdgħajjef id-difiża immunitarja, speċjalment fost l-anzjani, peress li tbiddel l-azzjoni tal-ġeni predisposti li jiggarantixxu l-immunità minn fatturi esterni;

1.  jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi attivitajiet u programmi rikreattivi mmexxija minn istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, organizzazzjonijiet mhux governattivi kif ukoll minn entitajiet pubbliċi, favur l-involviment ta' anzjani li jgħixu weħidhom, sabiex dawn jitħarsu mir-riskji li s-solitudni jaf ikollha fuq saħħithom.