MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 59k
2.12.2015
PE574.495v01-00
 
B8-1425/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħolqien ta’ strateġija Ewropea biex jingħata appoġġ lill-persuni li jbatu mill-marda ta' Alzheimer


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħolqien ta’ strateġija Ewropea biex jingħata appoġġ lill-persuni li jbatu mill-marda ta' Alzheimer  
B8-1425/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  wara li kkunsidra d-diffikultajiet kbar li jħabbtu wiċċhom magħhom kuljum il-persuni li jbatu bid-demenzja kif ukoll il-familji tagħhom;

B.  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni ta’ Glasgow tal-20 ta’ Ottubru 2014, maħruġa mill-organizzazzjoni Alzheimer Europe u adottata mill-Federazione Alzheimer Italia u mid-delegati minn 25 organizzazzjoni membru oħra ta' Alzheimer Europe;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija Ewropea dwar id-Demenzja;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Grupp Ewropew ta’ esperti dwar id-demenzja bil-ħsieb tal-iskambju tal-aħjar prattiki;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffinanzja l-programmi ta' riċerka dwar id-demenzja fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza