MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 60k
10.12.2015
PE574.499v01-00
 
B8-1429/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-użu obbligatorju ta’ alternattivi vvalidati fl-ittestjar tal-annimali


Stefan Eck, Anja Hazekamp

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu obbligatorju ta’ alternattivi vvalidati fl-ittestjar tal-annimali  
B8-1429/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet sperimentali u xjentifiċi għadha tippermetti li aktar minn 12-il miljun annimal jiġu sagrifikati kull sena għal skopijiet ta’ ttestjar fir-riċerka xjentifika, testijiet tossikoloġiċi, kif ukoll fil-produzzjoni u l-kontroll tal-kwalità fil-mediċina umana u veterinarja;

B.  billi, madankollu, ix-xjenzjati wrew li l-ittestjar fuq l-annimali jikkawża uġigħ u tbatija, u mhuwiex xjentifikament affidabbli peress li speċi partikolari ma tistax tintuża bħala mudell jew bażi għall-estrapolazzjoni għal xi speċi oħra kwalunkwe;

C.  billi l-Unjoni Ewropea ssegwi l-prinċipju tat-3Rs fl-ittestjar tal-annimali – is-sostituzzjoni, it-tnaqqis u l-irfinar – u billi dan il-prinċipju għandu jissaħħaħ b’mod orizzontali;

D.  billi hemm alternattivi affidabbli għall-ittestjar tal-annimali li ġew ivvalidati mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Alternattivi tal-Ittestjar fuq l-Annimali (EURL ECVAM), iżda, minkejja dan, għadhom mhumiex ġeneralment aċċettati mill-kumpaniji u r-riċerkaturi;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati, tħaffef il-validazzjoni u tagħmel obbligatorju l-użu ta' alternattivi vvalidati għall-ittestjar fuq l-annimali, sabiex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fl-ittestjar fuq l-annimali, kif ukoll t-tneħħija sħiħa gradwali tiegħu, fl-Unjoni Ewropea, biex b’hekk jiġi evitat li jkun hemm aktar uġigħ u tbatija għall-annimali.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza