MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 59k
9.12.2015
PE574.500v01-00
 
B8-1430/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-Jum Dinji Kontra l-Korruzzjoni


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Jum Dinji Kontra l-Korruzzjoni  
B8-1430/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/58/4 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-korruzzjoni hija problema kemm għall-pajjiżi sinjuri kif ukoll għal dawk foqra, u tikkontribwixxi għall-instabilità u l-faqar tal-Istati, minbarra li twassal lill-pajjiżi fraġli għall-falliment;

B.  billi l-korruzzjoni ddgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt, twassal għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tnaqqas il-kwalità tal-ħajja, apparti li tagħti l-lok għall-azzjoni għat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, li jheddu s-sigurtà tal-bniedem;

C.  billi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma kkonċernati, għalkemm b’mod differenti, minn din ir-realtà;

D.  billi llum jaħbat il-Jum Dinji Kontra l-Korruzzjoni;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżid, fl-Istati Membri, il-kuxjenza dwar l-effetti negattivi marbuta mal-korruzzjoni u tistieden ukoll liċ-ċittadini Ewropej kollha jirrifjutaw kwalunkwe forma ta’ illegalità, bil-għan li ttemm din il-problema globali serja.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza