MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 59k
7.12.2015
PE574.503v01-00
 
B8-1433/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar id-depressjoni


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-depressjoni  
B8-1433/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-impatt tad-depressjoni fuq iċ-ċittadini Ewropej jiddetermina, għall-ekonomija Ewropea, kost li ġie stmat għal EUR 92 biljun, li minnhom 54 biljun marbutin ma' kostijiet indiretti minħabba assenza mix-xogħol;

B.  billi, minkejja dawn iċ-ċifri juru kemm il-patoloġija hija mifruxa, minoranza biss tal-persuni milquta tirrikorri għall-kuri meħtieġa biex tfiq;

C.  billi sitwazzjoni bħal din tagħmel il-ħsara mhux biss lil saħħet in-nies, iżda wkoll minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi, dovuti għar-riżorsi neċessarji li jintużaw biex jinstab tarf il-fenomeni bħall-assenza mix-xogħol u l-kura inadegwata li tingħata;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi studju aġġornat dwar is-suġġett u programm ta' informazzjoni taċ-ċittadini dwar dan, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mal-kawżi u l-konsegwenzi tad-depressjoni u l-kuri disponibbli.

Avviż legali - Politika tal-privatezza