MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 60k
15.12.2015
PE574.504v01-00
 
B8-1434/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħsara lill-prodotti "Made in Italy" kkaġunata miż-żieda sproporzjonata ta' importazzjonijiet ta' żejt taż-żebbuġa mit-Tuneżija


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħsara lill-prodotti "Made in Italy" kkaġunata miż-żieda sproporzjonata ta' importazzjonijiet ta' żejt taż-żebbuġa mit-Tuneżija  
B8-1434/2015

A.  billi fis-17 ta' Settembru 2015 li għadda l-Kummissjoni adottat proposta leġiżlattiva, bil-għan li t-Tuneżija tirpilja ekonomikament, li tawtorizza d-dħul fl-UE ta' 35 000 tunnellata żejt taż-żebbuġa Tuneżin mingħajr dazju, li jiżdiedu mas-57 000 tunnellata prevista mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija fis-seħħ sal-2017;

B.  billi fl-1 ta' Diċembru 2015 li għadda, hija u tanalizza ċ-ċifri tal-Istat, il-Coldiretti (Konfederazzjoni Nazzjonali tal-Bdiewa Sidien) ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li fl-ewwel seba' xhur tal-2015 l-Italja żdiedet l-importazzjonijiet ta' żejt Tuneżin b'734 %;

C.  billi din iż-żieda sproporzjonata ta' żejt Afrikan fis-suq Taljan tagħmel ħsara qawwija lill-ekonomija agrikola nazzjonali u tikkostitwixxi riskju għall-konsumaturi; billi ż-żieda tal-perċentwali ta' żejt importat tiffavorixxi, infatti, il-prattika tat-taħlit ta' dawn iż-żjut ma' dawk Taljani biex tinkiseb taħlita mhux iċċertifikata, li għalhekk tirrappreżenta periklu għall-konsumaturi;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-deċiżjoni, li tikkomprometti s-sopravivenza tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta' kwalità fl-Ewropa;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tħares lill-konsumaturi Ewropej mill-perikli tal-kontrafazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta miżuri urġenti kontra l-kontrafazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa b'tali mod li tissalvagwarda lill-produtturi tal-Unjoni u lill-konsumaturi Ewropej.

Avviż legali - Politika tal-privatezza