MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 60k
12.12.2015
PE574.505v01-00
 
B8-1435/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija


Marie-Christine Arnautu

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija  
B8-1435/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2014 intitolata "L-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2014-15",

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress dwar it-Turkija għall-2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-Turkija ilha dawn l-aħħar ħames snin tagħti appoġġ kostanti lil diversi gruppi terroristiċi armati Iżlamisti li qed joħolqu ħafna għawġ fis-Sirja;

B.  billi t-Turkija waqqgħet ajruplan tal-gwerra Russu li kien qed jibbumbardja dawn il-gruppi terrorstiċi;

C.  billi huma bosta l-affarijiet li jġegħluk taħseb li t-Turkija qed tixtri ż-żejt mill-grupp terroristiku "Stat Iżlamiku";

D.  billi l-gvern Tork ilu minn Lulju 2015 iwettaq għadd ta' abbużi kontra l-popolazzjoni tiegħu stess, partikolarment il-minoranzi Kurdi u Alevi;

1.  Jitlob li l-Unjoni Ewropea tiffriża minnufih l-14-il kapitolu ta' negozjati dwar l-adeżjoni tat-Turkija mal-Unjoni, li għadhom miftuħin s'issa;

2.  Jitlob li l-Unjoni Ewropea tadotta sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija;

3.  Jitlob lill-Viċi President tissolleċita n-NATO biex teskludi lit-Turkija minn dik l-organizzazzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza