MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 59k
15.12.2015
PE574.506v01-00
 
B8-1436/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa u tal-isptarijiet


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa u tal-isptarijiet  
B8-1436/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Direttiva 2003/88/KE timponi limiti stretti dwar l-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa u tal-isptarijiet, billi tipprojbixxi b’mod partikolari x-xifts u s-sigħat tax-xogħol twal iżżejjed u li potenzjalment ikollhom effett negattiv fuq l-attenzjoni tal-ħaddiema tas-saħħa u fuq is-suċċess tal-ħidma tagħhom;

B.  billi bosta strutturi u amministrazzjonijiet tal-isptar iridu jħabbtu wiċċhom ma' nuqqas serju ta’ persunal u mal-fatt li huwa impossibbli li jikkumpensaw għalihom minħabba l-Patt Ewropew ta’ Stabbiltà u Tkabbir;

C.  billi hemm ħafna każijiet ta’ interventi urġenti u ta' trapjanti li ma setgħux jitwettqu minħabba l-applikazzjoni tad-Direttiva msemmija hawn fuq u n-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji sabiex jitkabbar il-persunal;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu passi biex id-Direttiva 2003/88/KE tkun tista' tiġi emendata u tkun tista' tipprevedi każijiet ta’ derogi minnha għal raġunijiet ta’ ħtieġa, urġenza u periklu serju u imminenti għas-saħħa u għall-ħajja tal-pazjent u tal-marid.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza