MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 59k
11.12.2015
PE574.507v01-00
 
B8-1437/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-iskemija tal-qalb


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-iskemija tal-qalb  
B8-1437/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-iskemija tal-qalb hija tnaqqis tal-kwantità tad-demm u l-ossiġnu li jaslu fil-qalb u tista' ddum għal żmien tranżitorju jew fit-tul u tirriżulta f’attakk tal-qalb;

B.  billi, jekk nitgħallmu nirrikonoxxu s-sintomi tal-iskemija tal-qalb, nistgħu nnaqqsu r-riskju tal-mewt mill-attakki tal-qalb u niżguraw, jekk l-għajnuna tkun adegwata u f’waqtha, livell ogħla ta’ sopravivenza għal individwu li jkun affettwat;

C.  billi l-prevenzjoni u l-użu anqas tal-isptar iwasslu sabiex is-servizz nazzjonali tas-saħħa jiffranka, u billi l-Unjoni hija impenjata li tiżgura liċ-ċittadini tagħha livell adegwat tal-kura tas-saħħa;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi r-riċerka dwar l-iskemija tal-qalb u tippromwovi programmi ta’ informazzjoni mmirati lejn iċ-ċittadini, li jkollhom l-għan li jinvestigaw il-kawżi u l-għarfien tas-sintomi li jistgħu jipprovokaw u jikkawżaw l-iskemija tal-qalb.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza