MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 60k
14.12.2015
PE574.508v01-00
 
B8-1438/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-promozzjoni ta' xiri minn fuq l-internet


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni ta' xiri minn fuq l-internet  
B8-1438/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-direttiva dwar ix-xiri minn fuq l-internet,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 169 tat-TFUE ul-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-istatistika ta' Eurostat, mit-28 pajjiż Ewropew, ftit aktar minn nofshom għandhom perċentwal akbar minn 50 % tal-popolazzjoni tagħhom li jixtru minn fuq l-internet;

B.  billi, għalkemm fil-livell tal-UE, it-tendenza hija waħda pożittiva, b'mod li tippermetti li jintlaħaq l-objettiv stabbilit mill-Aġenda Diġitali ta' 50 % ta' xerrejja minn fuq l-internet, f'pajjiżi bħall-Italja din it-tendenza hi waħda negattiva ħafna bi kwart biss tal-popolazzjoni li jixtru prodotti b'mezzi diġitali;

C.  billi, jekk jiġi akkumpanjat minn leġiżlazzjoni speċifika u preċiża fil-qasam, ix-xiri minn fuq l-internet jista' jiżgura alternattiva, mhux irrilevanti, għall-introjti ekonomiċi b'mezzi tradizzjonali u jiġi indirizzat lejn settur ġdid u attiv ta' konsumaturi ġodda (żgħażagħ taħt l-età 40 sena);

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi, permezz ta' kampanji pubbliċitarji u programmi ta' informazzjoni, ix-xiri minn fuq l-internet u biex tiżgura, fl-istess ħin, livell xieraq ta' protezzjoni għall-konsumaturi meta jixtru prodotti b'mezzi diġitali.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza